Iż-żiemel maħrub inqabad u qiegħed jiġi eżaminat

    Il-Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Ħarsien Tal-Annimali kellhom jintervjenu f'San Ġwann wara li żiemel spiċċa maħrub f'din il-lokalità.

    Għall-ħabta tal-4:15 p.m inħolqot konġestjoni tat-traffiku minħabba uffiċjali li kienu qegħdin jikkollaboraw biex iwaqqfu żiemel maħrub. Il-Pulizija rnexxielhom iwaqqfu lil dan iż-żiemel u jirritornawh lura għand sidu. 

    Fortunatament ħadd ma ndarab f'dan l-inċident u ma kien hemm l-ebda ħsara kkawżata miż-żiemel.

    Inewsmalta kkuntattjat lid-Direttur tad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali li kkonferma magħna li s-sid ħa l-prekawzjonijiet kollha neċessarji u li sa ftit tal-mumenti wara kien diġà kkuntattja veterinarju minħabba xi ġrieħi ħfief li sofra ż-żiemel waqt li kien maħrub.