Raġel arrestat wara li prova jisraq minn ħanut fin-Naxxar

    Raġel ġie arrestat wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-2:00 p.m prova jidħol jisraq minn ħanut fi Triq il-Parroċċa fin-Naxxar.

    Fil-post issejħet l-għajnuna tal-Pulizija li intervjenew immedjatament biex waqqfu s-serqa. Ir-raġel allegatament daħal armat b’arma li taqta’ u ppuntata u hedded lill-ħaddiema tal-imsemmi ħanut.

    Fil-post issejħet ukoll l-għajnuna ta’ tim mediku li assista lill-impjegati li sofrew qatgħa kawża tal-inċident.