GO tikkumpensa lill-klijenti tagħha wara qtugħ fis-servizz

    Il-kumpanija GO ħabbret li se tikkumpensa lill-klijenti tagħha milquta minn qtugħ fis-servizz 2G u 3G 'mobile voice calling'.

    Dan wara li l-provvista tal-'mobile data' affetwat numru ta' klijenti li jużaw l-'mobile internet'.

    Waqt li talbet skuża għal dan l-inkonvenjent hija nsistiet li l-qtugħ kien dovut għal problema teknika mhux mistennija li affettwa lill-klijenti bejn is-7.00 a.m. u d-9.00 a.m.

    GO qalet li se tkun qed tikkomunika direttament mal-klijenti affettwati biex tagħtihom il-kumpens.