Raġel arrestat wara li nstab nofsu għarwien hu u jistupra tfajla f’Milan

    Ambulanza kellha tissejjaħ f’kantuniera bejn Triq Luigi Pasteur u Triq Padova għall-ħabta tas-1:40 a.m wara li tfajla ta’ 19-il sena ġiet stuprata f’Milan.

    Uffiċjali tal-pulizija Taljani rnexxielhom jarrestaw l-aggressur, raġel Peruvjan ta’ 49 sena li kien għadu nofsu għarwien u b’espressjoni fuq wiċċu li ma turi l-ebda rimors għal dak li kien għadu kemm wettaq ftit minuti qabel. Minn investigazzjoni li saret irriżulta li t-tfajla kienet aggredita bi flixkun tal-ħġieġ. Aktar tard ir-raġel taha xi daqqiet ta’ ponn sakemm sabiex jipprova jwaqqafha milli tirreaġixxi u heddida li joqtolha.

    Skont xhieda fuq il-post intqal li kien l-għajjat sfrenat tat-tfajla li wassal biex tissejjaħ l-għajnuna tal-forzi tal-ordni li waslu fil-post ftit tal-ħin wara. Huma waqqfu lill-aggressur minn dak li kien qiegħed jagħmel, iżda skont ma’ qiegħed ikun irrapurtat jidher li t-trawma ta’ dak il-lejl misħut se tkun xi ħaġa li mhi se tieqaf qatt għall-povra tfajla.

    L-istess uffiċjali kellhom jintervjenu f’każ ieħor ftit sigħat qabel wara li tfajla minn Milan kienet ġiet aggredita minn raġel ta’ 32 sena mill-Kosta tal-Avorju li kien arrestat wara li seraq lit-tfajla u allegatament prova jisraqha.