Żewġ sewwieqa l-isptar wara ħabta bejn żewġ vetturi f'San Pawl il-Baħar

    Raġel ġarrab xi ġrieħi wara li għall-ħabta tal-12:15 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Burmarrad f'San Pawl il-Baħar.

    Fil-post issejħu uffiċjali tal-Pulizija sabiex jikkontrollaw it-traffiku wara ħabta bejn vann DFSK misjuq minn żagħżugħ ta' 21 sena minn Birkirkara u karozza Ford Focus misjuqa minn mara ta' 31 sena minn San Pawl il-Baħar.

    Fil-post issejħet ukoll ambulanza u tim mediku li assistew liż-żewġ sewwieqa sakemm setgħu jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura.

    Aktar tard iż-żagħżugħ ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta' natura gravi, filwaqt li l-mara sofriet ġrieħi ħfief.