“Bżonn li nibdew nieklu t-trabi biex insalvaw il-bidla fil-klima”

    Dikjarazzjoni mill-aktar xokkanti saret waqt taħdita fi Queens fl-Istati Uniti. F’din it-taħdita intervjeniet mara, li ġiet deskritta bħala li tappoġġja lil Donald Trump, u din iddikjarat li hemm bżonn li l-bniedem jibda jiekol it-trabi biex isalva l-bidla fil-klima. 

    It-taħdita kienet organizzata mir-rappreżentanta tal-Kungress, Ocasio Cortez. Kollox kien miexi b’mod normali fit-taħdita meta f’ħin minnhom qamet mara biex titkellem. Hi ddikjarat li “ma tantx se ndumu ngħixu. Dan minħabba l-bidla fil-klima.  Fadlilna biss fit xhur ħajja. Li neħilsu mill-fjuwils mhux biżżejjed biex insalvaw il-klima.  Nemmen li biex nagħmlu dan hemm bżonn nibdew nieklu it-trabi.”

    Wara l-mara neħħiet il-ġakketta li kienet liebsa u taħt kellha t shirt bil-kliem "insalvaw il-pjaneta. Nieklu t-trabi”. 

    Kompliet tgħid li “hemm bżonn neħilsu mit-trabi. Dawn huma l-akbar problema. Li ma jkollniex tfal mhux soluzzjoni. Hemm bżonn nibdew nieklu it-trabi”.

    Wara Alexandria Ocasio, iddeskriviet lil din il-mara bħala li tappoġġja lil Trump u li aktarx tratti minn kundizzjoni medika mentali.