Il-Ministru Bartolo jisħaq li l-imsielet mhux se jibqgħu permessi minħabba raġunijiet ta’ saħħa u sigurtà

     

    Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo sostna li minn issa ‘l quddiem mhux permess li l-bniet u s-subien jilbsu la msielet u lanqas studs għall-iskola.

    Bartolo qal li l-ugwaljanza bejn il-bniet, is-subien u l-ġeneri l-oħra ma ġġibhiex bl-imsielet iżda tiġi bir-rispett lejn xulxin. Huwa spjega li qegħdin jaħdmu biex ikun hemm skejjel inklussivi.

    Bartolo temm jgħid li din id-deċiżjoni ttieħdet għall-ġid tal-istudenti nfushom u għal raġunijiet ta’ saħħa u sigurtà.