Adrian Delia spiċċa jitlob dak li diġa’ qiegħed isir - Il-Partit Laburista

    Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista ntqal li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma jafx x’qiegħed jgħid meta issa qiegħed jitlob inkjesta maġisterjali indipendenti fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, li dwaru hemm ukoll tliet persuni akkużati quddiem ‘il qorti.

    L-istqarrija tkompli tgħid li wara iktar minn 24 siegħa jipprova jirkeb fuq storja f’gazzetta, permezz ta’ tweet, Adrian Delia qal li din l-istorja tikkonferma l-bżonn ta’ inkjesta maġisterjali indipendenti.... "Iżda, kull min segwa l-każ jaf li l-inkjesta maġisterjali diġa’ teżisti."

    L-istqarrija temmet tgħid li dikjarazzjonijiet ta’ dan it-tip juru kif l-oppożizzjoni spiċċat konfużjoni sħiħa fejn lanqas il-bażiku ma ġġib tajjeb, aħseb u ara kemm tista’ tafdaha tieħu d-deċiżjonijiet.