Karol Aquilina irid li l-PM jpoġġi l-ittri fil-Parlament… il-gvern jgħid mhux xieraq li jsir f’dan l-istadju

    Id-Deputat Nazzjonalista, Karol Aquilina, fil-Parlament talab li l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe ittra jew dokument ieħor li permezz tiegħu l-Aġenzija ta’ Malta għall-Programm tal-Investitur Individwali ssospendiet il-liċenzji lill-kumpanija partikolari li spiċċat f’kontroversja wara li programm minn ġurnalisti Franċiżi.

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat wieġeb li “invista tal-investigazzjonijiet li jinsabu għaddejjin, fosthom dik mir-Regolatur, u t-talba biex issir inkjesta Maġisterjali mill-Qorti tal-Maġistrati, ma jkunx xieraq f’dan l-istadju li din il-komunikazzjoni uffiċjali li saret tkun ippreżentata fil-Parlament.”