Informazzjoni dwar il-qtil ta’ DCG għandha tingħata mill-pulizija

    Ilbieraħ filgħaxija fil-Parlament, tqajjem il-każ ta’ rapport li ġie ppubblikat dwar l-investigazzjoni li għaddejja dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Kien il-Kap tal-Oppożizzjoni li beda jinsisti jekk hux se jinsisti li ssir stqarrija ministerjali dwar dak li ġie pubblikat.

    Wara intervent tal-Prim Ministru Joseph Muscat li fih qal li meta xi ħadd isemmi li t-tali jew talija qed ikunu investigati, ma jkun qed jagħmel xejn ħlief jgħin lil dawn investigati.

    Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni wara li insista għal stqarrija ministerjali, iddikjara  li l-informazzjoni dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għandha tingħata mill-Kummissarju tal-Pulizija.

    Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru spjega kif hu iltaqa’ mal-qraba ta’ Daphne Caruana Galizia u li mhux eskluż li jkun hemm aktar laqgħat ‘il quddiem.