Barcelona għandhom dejn kbir fuq it-trasferimenti ta’ players

    Barcelona għandhom dejn kbir fuq it-trasferimenti ta’ players. Huma għadhom iridu jagħtu lil Liverpool  €94 miljun għat-trasferiment tal-midfielder internazzjonali Brażiljan, Philippe Coutinho, li ngħaqad mal-Katalani, f’Jan­nar 2018. Is-somma kollha tat-trasferiment kienet dik ta’ €160 miljun.

    Ir-rapport finanzjarju ann­wali tal-Katalani żvela li għandhom aktar djun ma’ clubs oħra li jtella’ t-total ta’ €260 miljun ... li jinkludu wkoll t-trasferimenti ta’ Frenkie De Jong (Ajax), Malcom (Bordeaux), Arthur Melo (Gremio) u Arturo Vidal (Bayern Munich).