Għalliem imġiegħel joħroġ bil-'leave' wara kumment ''vili'' li kiteb fil-konfront tal-attivista Greta Thunberg

    Matt Baish, għalliem tal-Kimika fl-iskola ta’ West High, f’Iowa fl-Istati Uniti, kien imġiegħel joħroġ bil-leave wara kumment, meqjus bħala "vili" li huwa għadda fil-konfront tal-attivista, Greta Thurnberg.

    Kollox beda wara li kien ippubblikat artiklu li kien qiegħed iħabbar li Greta Thurnberg kienet se tkun qed iżżur l-Istat ta’ Iowa. Minn ippostja l-artiklu fuq il-midja soċjali, li jiġi eks-student ta’ Baish, staqsa l-mistoqsija, "min ġej?". Quddiem dan, l-għalliem ħalla l-kumment, "m’għandix l-isniper!."

    Greta hija attivista kbira li qiegħda tiġġieled it-tibdil fil-klima. Hija qed tkun minn ta’ quddiem biex iżżomm akkontabbli lill-politiċi kollha madwar id-dinja.