ARA: Omm tgħid li f’xi każi s-swat fuq it-tfal huwa forma tajba ta’ dixxiplina... L-Iskozja tipprojbixxi s-swat fil-konfront tat-tfal

    Fl-Iskozja, waqt il-programm televiżiv, This Morning, li jsir kull filgħodu, il-ġurnalista u omm, Claire Muldoon qalet li f’xi każi, is-swat fuq it-tfal huwa forma ta’ dixxiplina tajba. Muldoon kienet qed titkellem fid-dawl tal-liġi l-ġdida li daħlet dl-Iskozja u li tipprojbixxi s-swat fuq it-tfal.
    Hija qalet li, “kull ġenitur li jħobb lil uliedu għandu juża xi forma ta’ kastig fiżiku meta jkun il-bżonn.”

    Naturalment, dan il-messaġġ qajjem kontroversja sħiħa, tant li l-kollega ta’ Muldoon, Rebecca Wilcox, qalet li l-ikbar dispjaċir li għandha bħala omm ta’ żewġt itfal hu li darba, meta binha kellu erba’ snin refgħet idha fuqu. “Iva, kien qiegħed iġib ruħu ħażin u kien qiegħed jiżbalja, imma f’dan kollu jien l-adulta u suppost inkun naf ferm aħjar,” ikkonkludiet tgħid Wilcox bħala kontro-argument għal dak li kienet għadha kif qalet Mildoon. 

    Filmat - The Morning (Youtube)