Bulgaru mixli b'serqa minn uffiċċju

    Raġel ta' 32 sena mill-Bulgarija li l-Pulizija ma tafx fejn joqgħod qed jinżamm taħt arrest wara li kien mixli b'serqa minn uffiċċju f'Ħal Qormi.

    Evgeniy Petrov kien akkużat li wettaq dan ir-reat fit-18 ta' Settembru li għadda mill-uffiċċju tal-International Sales Direct fi Triq l-Imdina.

    Huwa ġie akkużat ukoll li għex ħajja ta' vagabondaġġ u li kiser sentenza tal-Maġistrat Monica Vella mogħtijavfl-24 ta' Ġunju 2018.

    Quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia huwa talab biex jiġi immultat u mhux jintbagħat il-Ħabs għax ma jħossx li hemm jista' jindirizza l-vizzju tad-droga.

    Sakemm jibda jinstema l-każ Petrov qed jiġi miżmum fl-Isptar Monte Carmeli.

    Il-prosekuzzjoni f'dan il-każ qed titmexxa mill-Ispettur Alfredo Mangion waqt li l-akkużat għandu jiddefendih lill-Avukat Mark Mifsud Cutajar.