“It-Turkija se tidħol militarment fit-Tramuntana tas-Sirja”

    Il-White House saħqet li t-Turkija se tkun qed tibgħat truppi fit-Tramuntana tas-Sirja. Din l-aħbar qanqlet biża’ ġdida fir-rigward ta’ masskri ta’ ġellieda Kurdi alleati mal-Istati Uniti fil-kampanja kontra l-Istat Iżlamiku fl-Iraq u s-Sirja.

    L-istqarrija li kienet maħruġa mill-White House tgħid li t-Turkija se tjkun qed jieħu taħt il-kustodja tiegħu ġellieda barranin li nqabdu waqt il-kampanja mmexxija mill-Istati Uniti kontra l-ISIS, u li qed jinżammu mill-qawiet Kurdi bl-għajnuna tal-Istati Uniti.

    It-truppi Amerikani mhux se jkunu qed jappoġġjaw jew ikunu involuti f’din l-operazzjoni fit-Tramuntana tas-Sirja.

    L-istqarrija żżid tgħid li l-qawwiet Amerikani, wara li għelbu lill-ISIS, mhux se jibqgħu preżentu fiż-żona immedjata.