Jitkeċċa minn xogħlu wara li għamel sinjal razzist waqt li kien qiegħed jippoża ma' tifla b'ġilda skura

     

    Attur li kien liebes tal-karattru ‘Gru’, tkeċċa minn xogħlu wara li għamel is-sinjal magħruf bħala ‘ok’ b’idejh. Dan il-ġest bl-idejn qed ikun meqjus bħala simbolu ta’ mibegħda. Is-simbolu b’idejh waqt li tifla b'ġilda skura li kienet f’vaganza marret biex tieħu ritratt miegħu.

    Tom Schroder, Kelliem għal Universal, li magħhom kien jaħdem dan l-attur, ikkonferma li dan l-attur m’għadux jaħdem magħhom. Hu qal li dak li għamel l-attur hu inaċċeettabli.  Ta’ min jgħid li l-ġest ‘OK’ għadu kif ġie inkluż fil-lista tal-Anti Defamation League, li fiha tiġbor is-simboli ta’ mibegħda.