Pink Palazzo Parisio

    Palazzo Parisio, li din is-sena se jilqa’ fi ħdanu l-Ballu tal-Pink October, bi pjaċir iħabbar il-kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Marigold li biha se jagħti 10% għall-karità minn kull ikla li jbigħ matul Ottubru. Barra minn hekk, il-kokijiet primi ta’ Palazzo Parisio ħarġu b’deżerta roża mill-itjeb, pavlova tar-raspberry, li se tkun għall-bejgħ tul ix-xahar kollu. 

    L-inħawi sbieħ tar-restorant ta’Palazzo Parisio, Luna, joffru l-ambjent perfett fejn tesperjenza ikla bnina f’dan il-palazz matul Ottubru, u fl-istess waqt tappoġġja kawża ġusta. Jekk tixtieq tiskopri aktar fuq Palazzo Parisio, idħol hawn: www.palazzoparisio.com.mt 

    Il-kampanja tal-Pink Octobergħandha l-għan li tiġbor il-fondi minn kumpaniji sussidjarji, donazzjonijiet privati waqt attivitajiet varji f’Ottubru, u żżid il-kuxjenza fuq il-prevenzjoni tal-kanċer tas-sider, ir-riċerka u l-apparat li lkoll itejbu l-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti morda bil-kanċer.

    Biex tkun taf aktar fuq l-attivitajiet tal- Pink October jew biex tagħmel l-għotja tiegħek għal din il-kawża, jekk jogħġbok segwi l-aġġornamenti fuq il-kampanja mis-sitwww.marigold.org.mt/pinkjew mill-paġna tal-Facebook Pink October Malta: www.facebook.com/pinkoctobermalta.