Teabags popolari jerħu biljuni ta’ microplastic

    Studju li sar fuq uħud mill-iktar ditti ta’ tea bags poplari jissuġġerix­xi li jista’ jkun li dawn qed iħallu biljuni ta’ partiċelli ta’ plastik mikro­skopiku fil-kikkra tat-te. Dan ħareġ minn studji li wettqu riċerkaturi Kanadiżi. 

    Dak li hu magħruf bħala microplastic, huwa misjub tista’ tgħid kullimkien fl-ambjent, fl-ilma tal-vit u fliexken u anke saħansitra fl-ikel.

    Skont l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) dawn il-par­tiċelli ma huma tal-ebda riskju għas-saħħa tal-bn­iedem, iżda l-WHO tenniet li dawn is-sejbiet huma bbażati fuq informazzjoni limitata u għalhekk talbet biex ikun hemm iktar riċerka fuq dan. 

    Ir-riċerkaturi mill-Università ta’ McGill f’Montreal il-Kanada, wkoll qalu li hemm bżonn ta’ iktar investigazzjoni dwar l-effetti tal-mic­roplastics fuq is-saħħa. Microplastic huma definiti bħala biċċiet żgħar ħafna ta’ plastik li huma iżgħar minn 5mm f’tul. 

    Fl-istudju msemmi iktar kmieni, erba’ ditti popolari ta’ te ppakkjat f’teabags tal-pla­stik ġew analizzati. Ħafna mit-teabags huma magħmula mill-karti, iżda hemm ditti popolari li saru jużaw tip ta’ plastik minflok. 

    Ir-riċerkaturi sabu li teabag waħda tal-plastik terħi xejn inqas minn 11.6 biljun biċċa ta’ microplastik u 3.1 biljun biċċa nanoplastic ta’ fl-ilma. Dawn huma inviżibbli għall-għajn tal-bnie­dem.