Pensjonant akkużat li kkorrompa erbat ibniet fl-Armier…waħda minnhom għandha anqas minn 12-il sena

    Fil-Qorti tressaq pensjonant akkużat li kkorrompa bniet taħt l-età. Allegatament jidher li waħda mill-bniet kienet għadha m’għalqitx it-tnax-il sena.

    L-anzjan ġie mixli li aktar kmieni dan ix-xahar u qabel, fl-Armier limiti tal-Aħrax tal-Mellieħa kkorrompa u wettaq atti sesswali mingħajr kunsens ma’ erbat itfal taħt l-etá. Il-vittmi huma kuġini.

    Minkejja li d-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat immedjatament għal din it-talba u qalet li l-imputat kien diġà nstab ħati f’każijiet ta’ korruzzjoni tal-minuri fil-passat. 

    Kien għalhekk li l-Maġistrat Astrid May Grima ordnat li l-akkużat jibqa’ miżmum taħt arrest.