Jindarab gravi wara li ntlaqat minn vettura f'San Pawl il-Baħar

    Raġel indarab wara li lbieraħ għall-ħabta tat-8.30 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Qawra f’San Pawl il-Baħar.

    Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 59 sena ,mir-Renju Unit kien safa’ milqut minn vettura tat-tip Chevrolet Spark misjuqa minn raġel ta’ 42 sena mill-Ungerija.

    Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lill-persuna midruba lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.