Arkadiusz Milik lura fl-azzjoni

    L-iskorer prolifiku ta’ Napoli, Arkadiusz Milik, mistenni jagħmel id-debutt staġjonali fi tmiem il-ġimgħa li ġej hekk kif il-Partenopei jilagħbu kontra Lecce barra minn darhom.

    L-attakkant internazzjonali Pollakk deher l-aħħar fis-7 ta’ Awwissu li għadda meta kien qed jagħmel il-warming up qabel il-partita ta’ ħbiberija kontra Barcelona iżda għal xi raġuni jew oħra ħass xi uġigħ li kellu joħroġ mill-ground.

    Issa l-player ta’ 25 sena huwa lest li jieħu postu fit-team immexxi minn Carlo Ancelotti. Minn fost l-ispettaturi huwa seta’ jara kif il-kollegi tiegħu Dries Mertens u Lorenzo Insigne qed jispikkaw speċjalment fl-aħħar logħba kontra Liverpool u għalhekk irid jissielet għal postu.

    Milik ilu ma’ Napoli sa mis-sena 2016 fejn lagħab 67 partita u skorja 27 goal.