Illejla se jiġu inawgurati uffiċjalment l-ewwel żewġ flyovers minn sebgħa tal-proġett tal-Marsa Junction

    Minn hawn u ftit tas-sigħat oħra se jiġu inawgurati uffiċjalment l-ewwel żewġ flyovers minn sebgħa tal-proġett tal-Marsa Junction. Dawn iż-żewġ strutturi se jgħaqqdu l-karreġġjata ta’ Triq Giuseppe Garibaldi ma’ Triq Aldo Moro. Għall-ewwel, din se tintuża fid-direzzjoni opposta, minn Triq Aldo Moro lejn Ħal Luqa u l-Ajruport.

    Intant, il-mira hi li sal-aħħar ta’ Jannar li ġej jitlestew żewġ flyovers oħra, minn Triq Aldo Moro fid-direzzjoni lejn Triq Garibaldi direzzjoni lejn in-naħa ta’ isfel ta’ Malta. Dan filwaqt li l-proġett kollu huwa maħsub li jitlesta sal-aħħar tas-sena d-dieħla.