Ħadd ma jinstab ħati dwar id-diżastru tal-impjant nukleari ta' Fukushima fl-2011

    Tliet uffiċjali eżekuttivi tneħħilithom kull responsabbiltà fid-diżastru tal-impjant nukleari ta’ Fukushima. Dan ħareġ f’deċiżjoni tal-Qorti Distrettwali ta’ Tokyo fl-uniku każ legali li nfetaħ dwar dan id-diżastru. Dan ifisser li l-ebda persuna ma nżammet kriminalment responsabbli għall-meltdown tal-impjant nukleari Ġappuniż fl-2011.

    Id-diżastru ta’ Fukushima qed jitqies li huwa l-agħar diżastru nukleari wara dak ta’ Chernobyl, b’għexieren ta’ eluf ta’ residenti jinżammu milli jirritornaw lura lejn djarhom kaġun tal-kontaminazzjoni radjuattiva.

    L-eks-ċermen tal-kumpanija Tokyo Electric Powerr (TEPCO), u żewġ eks-uffiċjali eżekuttivi oħrajn ma nstabux ukoll ħatja li kkaġunaw il-mewt ta’ 44 pazjent li mietu wara li kienu sfurzati jiġu evakwati minn sptar fil-viċin.

    Id-deċiżjoni mistennija li tiġi appellata.