Dubju dwar l-iżvolġiment tal-Festa ta' Santu Wistin fil-Belt wara l-allegazzjonijiet fil-konfront tal-kappillan

    Inewsmalta hija informata li l-festa ta’ Santu Wistin, fil-Belt Valletta, mistennija li tiġi sospiża minħabba l-allegazzjonijiet li jikkonċernaw lill-kappillan tal-Parroċċa, Fr Deo Debono. Il-festa oriġinarjament kienet ippjanata li tiġi ċċelebrata lnhar il-Ħadd li ġej, 22 ta’ Settembru.

    Il-Pulizija tkellemet ma’ Fr Debono dwar l-għibien ta’ opri tal-arti u oġġetti oħrajn ta’ valur mill-kunvent tal-Agostinjani fil-Belt.

    Għadu mhux magħruf l-involviment ta’ Fr Debono dwar dan il-każ.

    Is-serq ta’ diversi pitturi ta’ valur mill-Parroċċa ta’ Santu Wistin kien irrapportat aktar kmieni din is-sena. Jidher li s-serq ta’ dawn il-pitturi kien innotat minn qassisis fl-istess kunvent li nnotaw l-għibien tal-pitturi minn wieħed mis-sulari fil-kunvent. F’ċerti każi kienu tpoġġew ukoll pitturi oħrajn minflokom.