Luciano Moggi jikkritika lil Maurizio Sarri

    L-ex direttur ta’ Juventus, Luciano Moggi, ħadha kontra l-coach Maurizio Sarri għax “dejjem ifittex l-iskużi. Din hija ħażina għall-football”.

    Wara d-draw 0-0 ma’ Fiorentina nhar is-Sibt li għadda, Sarri qal li ma kinitx faċli li tilgħab fis-sħana ta’ wara nofs in-nhar. Min-naħa tal-coach ta’ Inter ex-Juventus, Antonio Conte, huwa rrisponda billi ħeġġeġ lill-ex ta’ Napoli biex jikkalma meta “issa jinsab fuq in-naħa b’saħħitha.” Moggi qal lil Radio Punto Nuovo li Sarri għandu vizzju li kull fejn imur dejjem isib l-iskużi.

    “M’hijiex tajba għall-football u Conte kien tajjeb meta rrispondieh b’dan il-mod,” waqt li meta Moggi ġie mistoqsi humiex in-Nerazzurri jew il-Partenopei li huma l-ikbar rivali ta’ Juventus għall-Iscudetto huwa qal li jemmen li Napoli u fuq kollox Inter huma l-iktar viċin lejn Juventus għalkemm Napoli ssaħħu u għandhom coach kbir.