Għadd ta’ katavri misjuba midfuna f’bir f’Jalisco, il-Messiku

    Xjentisti forensiċi Mes­si­kani rnexxielhom jidentifikaw 44 katavru li nstabu midfuna b’bir fl-istat ta’ Ja­lisco. 

    Is-sejba saret ftit ’il barra mill-belt ta’ Guadalajara, fejn biċċiet umani nsabu f’dan il-bir imqassma f’119-il borża suwed. Is-sejba kie­net saret kmieni dan ix-xahar wara li għadd ta’ residenti tal-lokal ilmentaw minn  intejjen kbar. 

    Jalisco huwa tista’ tgħid il-bejta ta’ uħud mill-iktar gangs vjolenti tad-droga fil-Mes­siku, tant hu hekk li din kienet it-tieni sejba ta’ dan it-tip din is-sena. 

    Il-maġġoranza tal-katavri kienu mqattgħin f’biċċiet, u għalhekk l-awtoritajiet riedu jgħaqqdu l-biċċiet differenti tal-katavri biex setgħu jidentifikawhom. Ħafna mill-biċ­ċiet baqgħu ma ġewx identifikati. 

    Organizzazzjoni lokali li tispeċjalissa fit-tfittxijiet għal persuni neqsin, appellat lill-gvern biex jibgħat iktar speċjalisti f’dan il-qasam biex jgħinu fl-identifikazzjoni. Dawn qed jargumentaw li d-dipartiment forensiku ta’ din il-belt m’għandux il-ħiliet neċessarji biex iwettaq din l-operazzjoni.