Vedat Muriqi segwit minn Manchester United

    Manchester United bagħtu l-scouts għal-logħba bejn l-Ingilterra u l-Kosovo biex isegwu lill-attakkant ta’ Fenerbahce, Vedat Muriqi.

    Il-player ta’ 25 sena skorja minn penalty għal Kosovo fit-telfa ta’ 5-3, f’StMary’s Stadium, biex skorja wkoll is-seba’ goal għal pajjiżu fi 22 partita.

    Muriqi ngħaqad ma’ Fenerbahce għal €3.5 miljun dan is-sajf wara li skorja 25 goals fi 52 partita għal Caykur Rizespor u diġá skorja darbtejn fl-ewwel tliet logħbiet għall-klabb Tork dan l-istaġun.

    Jidher li l-manager tar-Red Devils, Ole Gunnar Solskjaer,irid jiffirma lil Muriqi f’Jannar li ġejwara li naqas milli jissostitwixxi lil Romelu Lukaku, li ngħaqad ma’ Inter dan is-sajf.

    Fenerbahce huma lesti li jbiegħu lill-attakkant jekk jirċievu offerta tajba, b’Tottenham u Napoli  wkoll huma nteressati li jiffirmaw lil Muriqi.