€2,000 għal Puttinu Cares mill-flokk tal-ex plejer leġġendarju Bryan Robson

    Il-flokk iffirmat minn Bryan Robson, l-ex plejer leġġendarju ta' Manchester United u li l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi ppreżenta lil Puttinu Cares għall-irkant, inbiegħ għas-somma sabiħa ta' €2,000. Aktar minn €1.6 miljun inġabru għal Puttinu Cares.

    L-istess Ministru rringrazzja lil kull min ipparteċipa għal din il-kawża nobbli fi ħdan organizzazzjoni li taħdem ħafna.