Antonio Conte jfaħħar lil Lautaro Martinez

    Il-coach ta’ Inter Antonio Conte faħħar l-attitudni professjonali tal-player Arġentin Lautaro Martinez. Dan tal-aħħar daħal jilgħab fil-65 minuta tal-logħba li n-Neroazzurri lagħbu kontra Udinese u rebħu bl-iskor ta’ 1-0.

    Martinez kien strumentali għat-team nazzjonali Arġentin fil-logħob internazzjonali li lagħbu u qed jagħti wirjiet mill-aqwa. Min-naħa tiegħu, Conte sostna li jista’ jafda l-attakk f’idejn il-player ta’ 22 sena minħabba l-fantasija iżda wkoll l-impenn li jagħti f’diversi partijiet fil-ground. Hu għad fadallu madwar erba’ snin kuntratt għalkemm xejn għadu m’hu ċert.

    Ma’ Inter hu lagħab 29 partita u skorja seba’ goals.