L-arja f'Singapore meqjusa bħala li mhix sigura għas-saħħa tal-bniedem wara nirien kbar f'foresti fl-Indoneżja

    Il-kwalità tal-arja ta’ Singapore ddeterjorat għall-ewwel darba fi tliet snin wara li nirien qawwijin ħakmu lil foresti fl-Indoneżja u baqgħu resqin lejn il-pajjiż ġar.

    In-nirien kbar li ħakmu lil żoni ta’ Sumatra wasslu biex il-livell ta’ tniġġis irreġistrat fl-arja jitla’ bejn 87 u 106, livelli li jaqbżu l-livelli li huma kkunsidrati bħala li mhumiex siguri għas-saħħa tal-bniedem.

    Diversi persuni dehru lebsin maskri biex jgħattu wiċċhom miċ-ċpar fuq il-kapitali Indoneżjana, liema ċpar kien ikkaġunat mid-dħaħen tan-nirien. Dan filwaqt li folol ta’ nies inġabru biex jitolbu għax-xita.

    Aktar minn 9,000 persuna kienu involuti biex jipprovaw jikkontrollaw in-nirien li ħakmu lil aktar minn 800,000 ettaru ta’ art fil-provinċji ta’ Riau, Jambi, in-Nofsinhar ta’ Sumatra, il-Punent ta’ Kalimantan, iċ-Ċentru ta; Kalimantan u n-Nofsinhar ta’ Kalimantan.