Jittella' l-katavru ta' żagħżugħ li sab ruħu f'diffikultĂ  fl-Aħrax tal-Mellieħa

    Żagħżugħ Kolombjan ta' 25 sena tilef ħajtu wara li qabeż jgħum fl-Aħrax tal-Mellieħa u sab ruħu f’diffikultà. Il-każ seħħ aktar kmieni waranofsinhar meta tliet żgħażagħ kienu qegħdin jgħumu fl-aħrax iżda sabuha diffiċli biex jitilgħu lura fuq l-art.

    Fil-post marru biex jassistu bosta ħaddiema tal-protezzjoni ċivili u tim mediku mill-isptar Mater Dei iżda sfortunatament l-katavru ttella' l-art ftit tal-ħin wara li bdiet it-tfittxija.

    Iż-żewġ persuni li ġew salvati qabel huma Kolombjan ta' 24 sena u Messikan ta' 29 sena.

    Qabel: Il-Forzi Armati ta’ Malta jinsabu għaddejjin bi tfittxija għal persuna li ntilfet fil-baħar fl-inħawi tal-Aħrax tal-Mellieħa.

    Inewsmalta tinsab infurmata li l-persuni kienu tlieta u li għall-ħabta tal-4.35 p.m kienu salvati żewġ persuni.

    Sfortunatament f’dan l-istadju l-persuna l-oħra għadha mitlufa fil-baħar.