Tnejn arrestati fil-Belġju għal frodi fit-trasferimenti

    Żewġ persuni ġew arrestati b’konnessjoni ma’ investigazzjoni fil-Belġju fl-allegati frodi li jinvolvu trasferimenti tal-players tal-football.

    Huma ġew miżmuma f’rejds fil-Belġju, Londra u Monaco nhar it-Tlieta u l-Erbgħa, qalu prosekuturi Belġjani.

    Huma ma tawx dettalji, iżda dawk li ġew arrestati jingħad li huma aġent ibbażat f’Mo­naco u assoċjat fil-Belġju.

    F’din l-aħħar sena bosta clubs ewlenin tal-football Belġjani kellhom il-proprjetá tagħhom irrejdjata fuq allegazzjonijiet ta’ frodi fit-trasferimenti.

    Ir-rejds riċenti tal-pulizija jinkludu erbgħa f’Monaco, tnejn fil-Belġju u wieħed f’Londra.

    Il-prosekuturi qalu li huma għandhom konnessjoni ma’ investigazzjoni fit-trasferiment ta’ €18-il miljun tal-attakkant Serb, Aleksandar Mitrovic, mingħand Anderlecht tal-Belġju għal ma’ Newcasle fl-2015.

    “Il-fatti jinvolvu notevolment operazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus u korruzzjoni privata fil-konest tat-trasferimenti tal-players tal-football,” huma qalu nhar l-Erbgħa.

    Huwa mifhum li Newcastle jemmnu li huma mhumiex konnessi direttament fl-investi­gaz­zjoni u għalhekk mhumiex parti minnha.

    F’April, il-kwartieri ta’ Anderlecht ġew imfittxija b’konessjoni ma’ dik l-inkjeta. Dak in-nhar ħadd ma ġie miżmum.

    L-arresti riċenti mhumiex konnessi mal-inkjesta tal-frodi suspettużi tat-trasferimenti waqt l-istaġun 2017-18, qalu uffiċjali.

    Dik l-investigazzjoini wasslet għar-rejdijiet f’Anderlecht, Club Bruges u Standard Liege f’Ottubru li għadda.