Tmut il-partitarja Iranjana li ġimgħa ilu tat in-nar lilha nnifisha

    Il-mara li tat in-nar lilha nnifisha wara l-ġuri tagħha f’Tehran talli ttantat tidħol fi stadium, ġie pospost.

    L-awtoritajiet fl-Iran ma jħallux lin-nisa milli jidħlu fl-istadiums.

    L-istorja tagħha ġiet segwita mill-viċin mill-Iranjani madwar id-dinja li wżaw il-hashtag “blue girl” – referenza għall-kuluri tat-team favorit tagħha, Esteqlal ta’ Tehran.

    Il-mara, Sahar Khodayari, ġiet arrestata f’Marzu meta ppruvat tidħol fi stadium tal-football liebsa ta’ raġel.

    U wara li ġiet mitfugħa l-ħabs għal tlett ijiem hija ġiet meħlusa bi pleġġ fejn stenniet sitt xhur għall-kawża tagħha fil-qorti.

    Iżda meta dehret fil-qorti hija sabet li l-kawża ġiet posposta minħabba li l-maġistrat kellu emerġenza familjari.

    Wara hija rritornat fil-qorti biex tiġbor it-telefon ċellulari fejn huwa rappurtat li hija ħasbet li semgħet lil xi ħadd jgħid li jekk tinstab ħatja teħel bejn sitt xhur u sentejn priġunerija.

    Wara hija tat-in-nhar lilha nnifisfa quddiem il-bini tal-qorti u mietet aktar tard fl-isptar.

    Il-FIFA tat lill-Iran sal-31 ta’ Awwissu biex iħallu lin-nisa jidħlu fl-istadiums, xi ħaġa li l-pajjiż għadu ma tax garanzija.

    Il-captain tal-Iran, Masoud Shojaei, qal fuq Instagram li s-sospensjoni “tinħass imbarazzanti bi ħsibijiet li l-ġenerazzjonijiet tal-futur mhux se tifhimhom”.

    Aktar kmieni dan ix-xahar, l-Iranjani għamlu kampanja fuq il-media soċjali biex l-orgaizzazzjonijiet sportivi madwar id-dinja jissospendu lill-pajjiż mill-kompetizzjonijiet biex iwaqqfu dak li jaraw bħala indħil mill-istat fl-isport.