N’Golo Kante jista’ jingħaqad ma’ Real Madrid f’Jannar li ġej

    Chelsea u Real Madrid se jiftħu negozjati bil-possibbilitá li N’Golo Kante jmur jilgħab fil-Bernabeu, f’Jannar li ġej.

    Il-player ta’ 28 sena gawda minn perjodu ta’ suċċess mindu mar jilgħab fi Stamford Bridge tliet snin ilu, fejn għen lil Pensioners jirbhu l-Premier League, l-FA Cup u l-UEFA Europa League.

    Fis-sajf li għadda, huwa kien ukoll assoċjat li seta’ jingħaqad mal-Madrileni iżda xejn ma mmaterjalizza.

    Madankollu hemm possibbiltá kbira li f’Jannar li ġej imur jilgħab fil-kampjonat Spanjol.

    Iżda filwaqt li Real Madrid iridu jiftħu n-negozjati, Chelsea jridu li Kante jinnotifikahom dwar il-futur tiegħu ... meta l-kuntratt tiegħu jintemm erba’ snin oħra.