Real Madrid iridu lil Mohamed Salah

    Il-president ta’ Real Madrid, Florentino Perez, irid jiffirma lill-attakkant ta’ Liverpool, Mohamed Salah, fis-sajf li ġej.

    Minkejja li Eden Hazard ingħaqad fil-Bernabeu dan is-sajf, il-Madrileni kienu diżappuntati li trasferimenti ta’ Paul Pogba u Neymar qatt ma mmaterjalizzaw.

    Perez diġá qed jikkunsidra l-għażliet tal-klabb fir-rigward tal-attivitá tagħhom fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf li gej.

    Il-mira ewlenija tiegħu huwa Salah u lest li joffri €210 miljun għall-internazzjonali Eġizzjan.

    Iżda ċ-champions Ewropej mhumiex lesti li jbiegħu wieħed mill-aqwa players tagħhom.