Edwin van der Saar se jibqa’ ma’ Ajax

    L-ex goalkeeper internazzjonali Olandiż ta’ Ajax u ta’ Manchester United, Edwin van der Saar, tkellem dwar il-futur tiegħu wara rapporti li jista’ jirritorna mar-Red Devils bħala direttur sportiv.

    Ir-Red Devils iridu lil van der Saar biex ikun responsabbli mis-suq tat-trasferimenti. Iżda huwa għandu kariga importanti fil-club ta’ Ajax fejn kien ukoll strumentali fis-suċċessi tagħhom, inkluż li waslu sas-semi-finali tal-UEFA Champions League, fl-istaġun li għadda.

    Van der Sar, li għandu 48 u li bejn l-2005 u l-2011 lagħab għal Manchester United, qal:

    “Qed nieħu gost ma’ Ajax. Għandi rwol differenti ... dak ta’ kap eżekuttiv. Ninsab ottimist li nista’ nkun parti minn dan il-club biex nerġgħu nagħmlu isem fl-Ewropa.”