Sporting Lisbon se jbiegħu lil Bruno Fernandes f’Jannar li ġej?

    Sporting Lisbon huma lesti li jbiegħu lil Bruno Fernandes f’Jannar li ġej.

    Minkejja li Fernandes kien laħaq ftehim personali ma’ Tottenham, il-club Portugiż ma aċċettax żewġ offerti minn dak Ingliż biex it-trasferiment sfaxxa għal kollox.

    Jidher li bħalissa hemm għaddejjin taħdidiet bejn ir-rappreżentanti tal-player ta’ 25 sena u Sporting għal kuntratt fit-tul.

    Madankollu, l-istess Sporting jinsabu lesti li jbiegħu lil dan il-player jekk huma jircievu offerta ta’ €70 miljun.

    Il-kuntratt tiegħu jintemm f’Ġunju 2023, u Fernandes stess qed juri x-xewqa li jmur jilgħab fil-Premier League Ingliż minkejja li hemm interess ukoll minn Real Madrid.