Kia Motors għażlet lil Karim Habib biex imexxi ċ-ċentru tad-disinn

    Kia Motors appuntat lil  Karim Habib bħala Viċi President u Kap taċ-ċentru ta’ disinn tal-kumpanija. Habib se jmexxi d-dipartimenti li jieħdu ħsieb id-disinn esterjuri, interjuri, kuluri, u materjali tal-mudelli u se jiggwida l-istrateġija tad-disinn tal-karozzi ta’ Kia.

    Magħruf għall-kapaċità biex jesprimi l-identità tad-ditta fid-disinni li joħloq, Habib iġib aktar minn għoxrin sena esperjenza fit-tmexxija ta’ proġetti kbar. L-aktar rwol inkarigu riċenti li kellu kien ta’ Direttur Eżekuttiv tad-Disinn fi ħdan Infiniti Motor Company, u mexxa d-disinn tal-aħħar kunċetti mill-kumpanija. Huwa ħadem ukoll kemm ma’ BMW Group u Daimler Group. 

    L-għażla ta’ Habib se tkompli żżid il-kompetittività tal-prodotti u d-ditta ta’ Kia. Huwa se jibda dan l-irwol ġdid ibbażat fiċ-ċentru globali tad-disinn fil-Korea minn Ottubru.

    “Kia hija ditta ambizzjuża, li qed tikber u għandha direzzjoni ċara lejn l-innovazzjoni u l-elettrifikazzjoni fil-mobbilità,” qal Habib. “Jiena onorat li se nkun parti min din it-trasformazzjoni li se ssaħħaħ lil Kia lejn futur aħjar fl-industrija tal-karozzi, li hija mimlija opportunitajiet u sfidi.”

    Iċ-ċentru tad-disinn ta’ Kia huwa l-bidu tal-mudelli Kia, responsabbli mill-aspetti diversi tad-disinn – mill-kunċett għall-immudellar għall-istil u l-iżvilupp tal-kuluri u l-materjali.

    Għal aktar informazzjoni dwar il-mudelli oħra fil-familja Kia, żur ix-showroom fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi, ibgħat email lil kiasales@motorsinc.com.mt, jew idħol fil-paġna Facebook Kia Malta.