Karozza tibqa' dieħla fi stage wara ħabta fi Triq it-Telgħa tas-Saqqajja

    Ħadd ma ndarab wara li aktar kmieni dalgħodu seħħ inċident stradali fi Triq it-Telgħa tas-Saqqajja. 

    L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.45 a.m wara ħabta bejn żewġ vetturi. Għal xi raġuni waħda mill-karozzi spiċċat f'wieħed mill-istages li hemm fl-imsemmija triq.

    Għal xi ħin inħolqot konġestjoni tat-traffiku sakemm intervjenew uffiċjali tal-ordni li kkontrollaw is-sitwazzjoni.