Paul Pogba jilħaq ftehim ma’ PSG għal salarju ta’ €480,000 fil-ġimgħa ....

    Il-midfielder internazzjonali Franċiż, Paul Pogba, kien ftit ġranet biss ‘il bogħod milli jitlaq lil Manchester United wara li laħaq ftehim li jingħaqad ma’ Paris St Germain.

    Min-naħa tagħhom, il-United kienu lesti li jaċċettaw it-talba tal-Pariġini wara li dan il-player ta’ 26 sena laħaq ftehim ta’ salarju ta’ €480,000 fil-ġimgħa.

    Iżda kollox sfaxxa minħabba li l-Pariġini ma rnexxielhomx ibiegħu lill-attakkant Brażiljan, Neymar, li kellu jingħaqad ma’ Barcelona jew Real Madrid.

    Peró Pogba jista’ jitlaq lill-club Ingliż f’Jannar li ġej.