Carlo Ancelotti jikkritika lill-Kunsill ta’ Napli

    Il-coach ta’ Napoli, Carlo Ancelotti, ikkritika bl-aħrax lill-Kunsill ta’ Napli minħabba l-istat u l-kundizzjonijiet ħżiena li jinsab fihom Stadio San Paolo.

    Napoli lagħbu l-ewwel żewġ partiti tal-kampjonat barra minn darhom minħabba r-rinovazzjonijiet li qed isiru. Għal dawn l-aħħar snin dan l-istadium kien is-suġġett minħabba l-kundizzjoni deterjoranti tiegħu.

    “Il-kudizzjoni tal-istadium qed jeħżienu ... b’mod speċjali d-dressing rooms. M’hemm l-ebda kliem!! Fejn se nbiddlu meta nilagħbu kontra Liverpool u Sampdoria? Ninsab irrabjat għax mhux se jilħqu jitlestew.”

    Proprju nhar is-Sibt, Napoli jilqgħu lil Sampdoria u nhar it-Tlieta jospitaw lil Liverpool fl-ewwel logħba tal-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League.