GasanMamo Insurance ġġedded il-kollaborazzjoni tagħha ma’ Mosta FC Youth Academy

    GasanMamo Insurance ħabbret li wara għaxar snin ta’ għajnuna lil Mos­ta FC Youth Academy, se terġa’ ġġedded il-ftehim tagħha mal-club għal tliet snin oħra. GasanMamo hi­ja kburija li qed ittawwal l-appoġġ finanzjarju tagħha billi temmen bis-sħiħ fil-benefiċċji u d-dixxiplina li ż-żgħażagħ jiżviluppaw permezz tal-isport.

     "Aħna kburin li nestendu l-impenn tagħna lejn il-Mosta FC Youth Academy.  Għal GasanMamo, l-isport huwa importanti ħafna, u aħna ninsabu kuntenti ferm bir-relazzjoni tagħna ma' dan il-club. 

    "Illum il-ġurnata, Mosta FC huma meqjusa bħala club li għal żmien twil issalvagwardja l-valuri u t-tradizzjoni. 

    "Aħna lkoll nafu li t-tfal li jieħdu sehem fi sport orga­nizzat jgħinhom jibnu l-kunfidenza u l-isportività, u dan jagħti stil ta' ħajja b'saħħitha. 

    "Għalhekk grazzi għall-ftehim tagħna, il-club jista' jkompli jtejjeb il-livell għoli tat-taħriġ tekniku tiegħu u l-faċilitajiet sportivi. Dan iwassal biex iktar tfal jiksbu l-benefiċċji tal-isport," qal Julian Mamo, direttur maniġerjali ta' GasanMamo Insurance.

    Il-President ta' Mosta FC, George Galea laqa' taj­jeb ħafna d-deċiżjoni ta' GasanMamo li ġġedded il-ftehim tagħhom filwaqt li rringrazzja lid-ditta tal-assikurazzjoni għall-appoġġ kontinwu tagħha.

    "Rajna żieda fl-ammont ta' żgħażagħ li ngħaqdu fl-akkademja tagħna matul l-aħħar għaxar snin, u waħda mir-raġunijiet kienet grazzi għall-għajnuna finanzjarja ta' GasanMamo.

    "F’isem il-club tiegħi, nixtieq nirringrazzja lil Ga­sanMamo għall-appoġġ bla waqfien li pprovdilna, appoġġ fit-titjib tal-livell tal-players żgħażagħ f’Malta”, qal is-Sur Galea.

    GasanMamo jifhem l-impatt u l-importanza tal-isport għaż-żgħażagħ. L-għan tal-kumpanija jibqa’ dak li jappoġġa liż-żgħażagħ permezz tal-isport u jgħin lit-tfal jikbru bħala adulti res­ponsabbli li jafu l-valuri li jagħtu u jaqsmu. L-istaġun il-ġdid tal-football jinsab fil-bidu tiegħu u Mosta u GasanMamo qed jimmiraw għal staġun ieħor ta’ suċċess fejn it-tnejn li huma jiksbu riżultat tax-xogħol iebes u r-relazzjoni ta’ bejniethom.

    L-għanijiet għall-2019/20 huma li l-Akkademja taż-Żgħażagħ ta' Mosta jkollha żieda fin-numru ta' subien u bniet li jingħaqdu ma’ din in-nursery, u żieda wkoll ta' żgħażagħ li jagħżlu li ji­lagħbu ma' dan il-club.