Il-ħames kampjonati l-kbar Ewropej imwissija fuq id-dominanza tagħhom

    Il-ħames kampjonati l-kbar tal-Ewropa ġew imwissija li d-dominanza tagħhom li qed tikber fuq il-pajsaġġ tal-football fil-kontinent mhux se tiġi mħollija tkompli għaddejja mhux sorveljata.

    Laqgħa ta’ jumejn tal-European Clubs’ As­sociation (ECA) li saret f’Ġinevra ntemmet biċ-chairman Andrea Agnelli jgħid li r-riformi se jkunu f’posthom sal-2022, milli f’Diċembru 2019 kif kien il-każ aktar kmieni din is-sena.

    Il-bidla f’daqqa tal-iskadenzi mmarkat n-nuq­­qas ta’ progress li sar mill-ECA f’taħdidiet biex jiġġeneraw livell miftuħ tal-kompetizzjoni, iktar logħbiet u dħul iktar għoli mit-tliet kom­petizzjonijiet maġġuri tal-clubs fl-Ewropa, inkluża l-Europa League 2, mill-2024.

    Huwa ċar li l-clubs, speċjalment dawk minn pajjiżi tat-tieni skaluna bħall-Olanda u l-Po­lonja, rigward il-‘ħamsa l-kbar’ – il-Premier Lea­gue, La Liga, Serie A, Bundesliga u Ligue 1 – bħala ostakoli maġġuri għall-bidliet li qed jiġu mitluba.

    “Il-UEFA tqassam il-flus lill-pajjiżi l-kbar, medji u żgħar,” qal Edwin van der Sar, li huwa l-kap eżekuttiv ta’ Ajax.

    “Il-ħames kampjonati l-kbar jiġbru l-flus mid-dinja kollha u jżommuhom għall-ġu­ris­dizzjoni tagħhom minbarra li jieħdu ħlas ta’ so­lidarjetá mill-UEFA. Dan mhuwiex sostenib­bli.”

    Huwa mifhum li l-clubs ewlenin tal-Premier League – Manchester City, Liverpool, Chelsea, Tottenham, Arsenal u Manchester United – kollha kienu rappreżentati fost il-169 membru li ltaqgħu fl-Isvizzera u mhumiex l-oġġett tal-irritazzjoni tal-ECA iżda l-kampjonati nfus­hom.

    “Tistgħu taraw faċilment min qed jinvesti u min qed jipproteġi l-interessi individwali,” qal il-kap eżekuttiv ta’ HJK Helsinki, Aki Riihilahti.

    Il-proposti inizjali għal Champions League kompost minn erba’ gruppi bi tmien timijiet, b’14-il logħba u 20 clubs li ma jkollhomx bżonn li jikkwalifikaw, issa ġew imwaqqa’.

    Agnelli jittama li jkollu pjan alternattiv lest sa Marzu li ġej, li jista’ jkun miftuħ għad-diskussjoni, bil-għan li jkun hemm format rivedut tal-football Ewropew miftiehem sal-2022.

    Huwa mistenni li l-istess kampjonati se jerġgħu jkunu oppożizzjoni, iżda Agnelli, li huwa wkoll iċ-chairman ta’ Juventus, għamel theddida b’mod diplomatiku li huwa pre­parat li jipproċedi anke jekk jonqsu li jkunu magħ­hom.

    “M’aħniex se naqbżu r-rata sodisfaċenti ta’ 80%,” huwa qal. “Dan huwa l-punt li niġu fih biex napprovaw kwalunkwe mozzjoni fl-ECA.

    “Hemm xi ftit imblokk u rridu npoġġu flimkien l-elementi varji u tħassib biex insibu soluzzjoni li togħġob lill-maġġoranza.

    “Irid ikun hemm tweġiba sal-2022 għax huwa f’dak iż-żmien meta l-UEFA tmur fis-suq għad-drittijiet televiżivi mill-2024.”