Tliet persuni arrestati wara li jipprovaw jisirqu residenza f'Birkirkara

    Tliet persuni ġew arrestati wara li allegatament kienu qed jipprovaw jaċċessaw residenza fi Triq il-Kaless f’Birkirkara. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.00 p.m.

    Il-Pulizija mill-Għassa tal-Ħamrun u dawk mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit marru minnufih fuq il-post, u wara li ċċirkondaw ir-residenza daħlu fiha.

    Fir-residenza l-Pulizija sabu tliet irġiel ta’ nazzjonalità barranija li ġew arrestati u qed jgħinu lill-Pulizija fl-investigazzjoni.

    Bil-każ ġiet informata l-Maġistrat tal-Għassa D. Frendo Dimech li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.