Mara tqila tiddaħħal Malta wara li tkun teħtieġ attenzjoni medika urġenti

    Il-Forzi Armati ta’ Malta kellha tintervjeni wara li aktar kmieni wara nofsinhar intalbet l-assistenza biex mara immigranta tqila tiġi evakwata minħabba li kienet teħtieġ attenzjoni medika urġenti.

    Il-FAM bagħtet lill-ħelikopter AW139 fuq il-post tal-bastiment li fuqu kienet qiegħda l-mara. Aktar tard hija ddaħħlet Malta b’tim mediku kien qed jistenniha biex jeħodha l-isptar.