Nirien f'ħanut f'Tas-Sliema

    Uffiċjali tal-Pulizija u membri mit-Taqsima tal-Protezzjoni Ċivili kellhom jintervjenu f’negozju fi Triq it-Torri, Tas-Sliema, wara li għall-ħabta tas-6.00 p.m. żviluppaw xi nirien.

    Inewsmalta hija informata li fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.

    Intant it-triq ingħalqet temporanjament sakemm ikun aċċertat li m’għadx hemm lok ta’ periklu.