FILMAT: Allegatament jisraq bott fwieħa u jaħbih taħt il-ġlekk

    Filmat ippubblikat fuq il-midja juri lil raġel li allegatament seraq bott fwieħa minn ħanut fl-Imsida fil-viċinanzi tal-Junior College.

    Il-filmat juri lir-raġel idur fil-ħanut qabel ma b’mod żvelt jidher jaħbi l-fwieħa taħt il-ġlekk li kien qed iżomm.

    Intant sar appell biex kull min jista’ jkollu informazzjoni jgħaddiha lill-għassa tal-Pulizija tal-Imsida.