Ħaddiem isofri ġrieħi gravi wara li jkun involut f'inċident b'makkinarju f'fabbrika f'Ħal Qormi

    Raġel minn Ħal Lija sofra ġrieħi ta’ natura gravi wara li aktar kmieni wara nofsinhar indarab f’inċident b’makkinarju f’fabbrika f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabra tas-1.00 p.m. fi Triq l-Imdina.

    Fuq il-post mar tim mediku li ħa lir-raġel ta’ 58 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.