Traġedja fit-tim nazzjonali tal-futbol ta' Curacao … Imut il-gowlkiper aktarx b'attakk tal-qalb waqt li kien rieqed

    It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Curacao kellu jiffaċċja traġedja, hekk kif il-gowlkiper nazzjonali Jairzinho Pieter instab mejjet fil-kamra tal-lukanda fejn kien qed joqgħod flimkien mal-kumplament tat-tim għal-logħba li kellhom kontra l-Haiti.

    Skont l-ewwel testijiet li saru jidher li Pieters, li kien għad kellu 31 sena, miet waqt li kien rieqed wara attakk tal-qalb.

    Din it-traġedja tfakkar fil-każ riċenti ta’ Davide Astori tat-tim ta’ Fiorentina, li wkoll kien instab mejjet f’ċirkostanzi simili. Astori kien instab mejjet fil-kamra tal-lukanda fejn kien flimkien mal-bqija tat-tim ta’ Fiorentina nhar l-4 ta’ Marzu tal-2018.