Manchester United favoriti li jiffirmaw lil Florentino Luis

    Manchester United huma l-favoriti li jiffirmaw lill-mira tar-rivali Manchester City, Florentino Luis, mingħand Benfica.

    Is-Citizens ġew assoċjati mal-player ta’ 20 sena matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf iżda jidher li jistgħu jitilfu t-taqtiegħa mar-Red Devils għal dan il-player ta’ 21 sena.

    Luis, li diġálagħab ħames logħbiet għall-klabb Portugiżf’dan l-istaġun, kien iffirma kuntratt ġdid fit-tul f’Ottubru tas-sena li għaddiet fejn għandu wkoll klawsola ta’ €120 miljun.

    Il-United naqsu milli jiffirmaw midfielder ċentrali matul is-sajf minkejja li tilfu lil Marouane Fellaini u lil Ander Herrera fi tmiem l-istagun li għadu kemm intemm.